Kobor tal-mulej Greatness of god

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KOBOR TAL-MULEJ magħmul minn tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ALLA biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. L-idejn jitqiegħdu lura fil-ġenb għola mill-ispalla. Id waħda titqiegħed iktar ’il fuq mill-oħra. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KBIR. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 miftuħ u kkurvat waqt li jersqu fil-ġnub, ’l bogħod minn xulxin, bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal għal SABIĦ. Id waħda tieħu l-forma ta’ T u ddur fuq il-ġenb tal-ħalq. L-espressjoni tal-wiċċ turi apprezzament partikolarment bil-ħuġbejn li jogħlew u l-għajnejn li jinfetħu sew.

The sign for GREATNESS OF GOD consists of three parts. (i) First, the sign for GOD is made with both hands in the shape of 1 with palms facing each other. The hands are placed at the side to the back at shoulder level. One hand is placed higher up than the other. (ii) The second part is the sign for BIG. Both hands take the shape of open, curved 5 as they move towards the side, away from each other with palms facing each other. (iii) Finally the sign for BEAUTIFUL is made. One hand takes the shape for T and twists round on the side of the mouth. The facial expression shows appreciation particularly with the raised eyebrows and fully open eyes.